Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Soċjetà Ġusta 2020

DOI - Kevin Abela

Illum fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Soċjetà Ġusta 2020.

Il-Premju Soċjetà Ġusta huwa ċelebrazzjoni tal-ammont kbir ta’ xogħol, impenn u dedikazzjoni meħuda minn nies fis-settur tad-diżabilità. Din is-sena l-bord qiegħed jilqa’ applikazzjonijiet għal ħames premji:

  • Premju għal Kisba tul il-Ħajja fis-Settur tad-Diżabilità,
  • Premju għal Ħidma fit-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità,
  • Premju Soċjetà Ġusta,
  • Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Isport, Arti u Kultura u
  • Premju għall-iktar post tax-xogħol li jopera b’mod inklussiv.

Il-prinċipju li se jiggwida l-għażliet għal dawn il-premji huwa li jkollna soċjetà aktar ġusta fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu sehem attiv fil-komunità.

Waqt dan il-ftuħ uffiċjali, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis qal li l-għan li jingħata dan il-premju huwa sabiex jiġu ċċelebrati l-kisbiet ta’ individwi u organizzazzjonijiet li jappoġġjaw kultura ta’ iżjed drittijiet għall-persuni b’diżabilità.

L-applikazzjoni tista’ tinkiseb mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, Palazzo Ferreria, Triq il-Repubblika, Valletta, Malta, permezz ta’ email fuq soċjetagusta@gov.mt, minn fuq is-sit www.activeageing.gov.mt jew mill-uffiċini tal-kunsilli lokali.

In-nominazzjonijiet jagħlqu l-Ġimgħa 20 ta’ Novembru.