Id-Djoċesi t’Għawdex ħabbret li għal sena oħra se tkun qiegħda terġa’ tpoġġi mill-ġdid għad-dispożizzjoni tal-istudenti Għawdxin li qegħdin jistudjaw Malta, iż-żewġ hostels li għandha Malta. Dawn il-hostels jinsabu waħda fl-Imsida u oħra fil-Gżira. Kull min huwa interessat jista’ jikseb aktar tagħrif mir-reception tal-Kurja. Id-Djoċesi qalet li l-applikazzjonijiet se jagħlċi fil-15 ta’ Lulju.
Din l-inizjattiva mid-Djoċesi ta’ Għawdex bdiet fl-2018 biex ittaffi ftit fil-piż tal-kera li jkollhom iħallsu l-istudenti u l-qraba tagħhom sabiex ikunu jistgħu jistudjaw f’Malta.
Lura fi Frar 2018, l-eks Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kienet qalet li l-Ministeru kien qed jesplora l-possibilità li jkun hemm hostel li tilqa’ fiha studenti Għawdxin li qegħdin jistudjaw Malta.