Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Għanja tal-Poplu 2019

It-43 edizzjoni  ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fil-31 ta’ Awwissu 2019. Dan hu festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti akkumpanjat minn mużika live.

L-Għanja tal-Poplu joffri l-libertà lill-awturi u l-kompożituri li jiktbu u jikkomponu kanzunetti b’suġġett u stil mużikali li jixtiequ huma. Il-Malta Concert Orchestra se tkun qed takkumpanja l-kanzunetti. Gruppi mużikali u kantawturi  jistgħu wkoll jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom stess.

L-għażla tal-kanzunetti finalisti se tiżvolġi fi tliet fażijiet: l-ewwel fażi tal-għażla, li fiha mill-kanzunetti kollha sottomessi jintgħażlu l-aħjar sett ta’ kanzunetti bħala semifinalisti; it-tieni fażi tal-għażla, fejn fiha jitkantaw dawn il-kanzunetti live u minnhom jintgħażlu l-kanzunetti finalisti; u l-fażi finali fil-31 t’Awwissu 2019, fejn jitħabbru r-rebbieħa.  Fil-fażijiet kollha ser ikun hemm gruppi differenti ta’ ġurija professjonali. Fis-serata finali kull kompożitur / awtur jista’ jkollu sa żewġ kanzunetti finalisti, filwaqt li kantant/a tista’ tinterpreta sa kanzunetta waħda.

Il-kanzunetti  jintlaqgħu nhar it-Tlieta 21 ta’ Mejju 2019.  Ir-regolamenti u l-formola tal-applikazzjoni jinsabu fuq is-sit tal-Għanja tal-Poplu  .

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-kanzunetta Maltija huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u L-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.