Filmat: Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-barranin biex jabqdu titjira lejn darhom

Read in English.

Il-Gvern qed jiftaħ l-applikazzjonijiet għall-barranin li qegħdin Malta li jixtiequ jabdu titjira lejn darhom.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet barranin qal li s’issa diġà ġew ripatrijati 4,206 persuna. Il-Gvern issa qed jestendi s-sejħa għall-persuni barranin kollha li kienu resident Malta jew li ġew għal żjara temporanja biex jabdu titjira lejn darhom.

Dawk il-persuni interessati japplikaw għal din l-iskema għandhom jirreġistraw hawn sad-19 ta’ April.

Nhar it-Tnejn 13 ta’ April se jitnieda helpline għal min ikollu xi mistoqsijiet dwar ir-reġistrazzjonijiet.

It-titjiriet se jkollhom prezz nominali. Min ikollu booking imma ma jmurx għat-titjira jkollu jħallas il-prezz sħiħ. Id-dati tat-titjiriet jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn