Fadal 3 ijiem biex tapplika għal Skolasajf

Reġgħet infetħet sejħa biex jiġu reġistrati tfal għal Skolasajf 2018.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li Skolasajf huwa proġett nazzjonali organizzat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) u joffri edukazzjoni mhux obbligatorja matul ix-xhur tas-sajf. It-tema magħżula għan din is-sena hija ‘Living Culture’ fl-okkażżjoni tal-Valletta 2018.
Tfal ta’ bejn it-3 u s-16-il sena jistgħu jattendu programm mimli attivitajiet u ħarġiet. Is-servizz jingħata f’diversi skejjel primarji u ċentri ta’ taħriġ kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Skolasajf 2018 se jibda fis-16 ta’ Lulju 2018 u jintemm fis-7 ta’ Settembru 2018.
Se tkun qed topera għal tmien ġimgħat mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8:30am san-12:30pm. Servizz estiż għal dawk il-ġenituri li jaħdmu se jingħata wkoll f’uħud miċ-ċentri mis-7:00am sat-8:30am, u min-12:30pm sal-5:30pm.
L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-3 ta’ Ġunju 2018.
Għal aktar informazzjoni agħfas hawn.