Jinfetħu l-applikazzjonijet għall-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) ħabbar li l-applikazzjonijiet għall-edizzjoni tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ infetħu llum.
Din is-sena it-temi magħżula għal dawk ta’ bejn it-13 u t-18 –il sena huma:
  • Kultura u innovazzjoni f’Malta
  • Tibdil fil-klima. Hemm soluzzjoni?
  • Iż-Żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol

Filwaqt li t-temi magħżula għal dawk ta’ bejn id-19 u 35 –il sena jinkludu:

  • Diċentralizzazzjoni u devoluzzjoni tal-poter f’Għawdex
  • Is-Saħħa sesswali u Riproduttiva f’Malta
  • Immigrazzjoni u protezzjoni umanitarja

Din tal-aħħar se titratta r-realta sensittiva li jiffaċċjaw il-gżejjer Maltin fejn fejn l-immigranti li jaslu m’għandhomx jitqiesu bħala numru iżda bħala umani.

Il-KNŻ se jkun qed jorganizza diversi attivitajiet għaż-żgħażagħ li japplikaw għall-Parlament taż-Żgħażagħ, fosthom taħriġ, iritiri u sessjonijiet informattivi biex jippreparaw lill-partecipanti għas-seduta finali fil-Parlament ta’ Malta li ssir f’Settembru.
Ritratt: KNŻ