Jinfetaħ mill-ġdid l-ajruport ta’ Gatwick

L-Ajruport ta’ Gatwick reġa’ nfetaħ lura għan-normal aktar kmieni dalgħodu. Dan tħabbar minn SkyNews hekk kif irappurtat li niżel ajruplan fl-ajruport għall-ħabta tas-6:00am. SkyNews rapporta li l-ajruport se jkun qed jintroduċi titjiriet oħra tul il-ġurnata sakemm bil-mod il-mod kollox jerġa’ lura għan-normal.

Sitt titjiriet minn u lejn Malta ġew affettwati minħabba xi drones li dehru jtiru fl-ajruport ta’ Gatwick fir-Renju Unit. Skont il-BBC, l-ajruport ta’ Gatwick ingħalaq l-Erbgħa filgħaxija meta żewġ drones dehru jtiru qrib ir-runway. B’kollox kienu affettwati mal-120,000 passiġġier.