Jinfetaħ l-ewwel data centre dinji f’Malta

Infetaħ l-ewwel data centre dinji f’Malta b’investiment ta’ €5 miljun fil-bini tal-Enemalta fil-Marsa. Is-sit jinsab fejn qabel kien hemm il-power station l-antika.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat semma kif sa ħames snin ilu, l-Enemalta kienet titqies bħala theddida u riskju għall-ekonomija Maltija. Kompla jgħid li llum is-sitwazzjoni tant inbidlet, li kumpaniji tar-rating bħal Standard and Poor qed jikkonfermaw kemm l-Enemalta saret sostenibbli.
Il-Prim Ministru qal li dan id-data centre dinji jkompli jagħmel minn Malta pajjiż li jmexxi l-innovazzjoni diġitali, u jibgħat sinjal li trid tibqa’ fuq quddiem nett fil-qasam tal-informatika. Dan il-proġett sar b’kollaborazzjoni ma’ Streamcast Technologies.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri