Jinfetaħ it-tieni edizzjoni ta’ The President’s Secret Garden

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fetħet uffiċjalment it-tieni edizzjoni ta’ The President’s Secret Garden, organizzata mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Lit-tfal li attendew għall-ftuħ uffiċjali, il-President qaltilhom li “Dan hu l-ispazju tagħkom, toqogħdux lura milli titkellmu u tressqu ‘l quddiem dak li tixtiequ taraw. Dan hu d-dritt tagħkom.”
Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Ġnien Privat fil-Palazz ta’ San Anton se jkun qiegħed jiftaħ il-bibien tiegħu għat-tfal Maltin u Għawdxin biex b’hekk ikollhom spazju miftuħ u sikur fejn ikunu jistgħu jqattgħu l-ħin jilgħabu ma’ tfal oħra. Dan filwaqt li jipparteċipaw f’diversi sessjonijiet ta’ tagħlim b’differenza.
Fost l-attivitajiet b’temi differenti li se jkun hemm fil-Ġnien, hemm Science in the Garden, Intergeneration Activity u Befriending the Sea.
 Għal aktar informazzjoni dwar The President’s Secret Garden jew għal reġistrazzjonijiet, il-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt mal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà fuq in-numru 21 484 662 jew inkella billi jidħol fuq is-sit elettroniku www.pfws.org.mt.