Jinfetaħ it-tielet Youth Hub

Fil-Junior College nfetaħ ‘Youth Hub’, li hu servizz ieħor minn Aġenzija Żgħażagħ fejn issir edukazzjoni mhux formali, f’kuntest ta’ dik formali, bl-għajnuna ta’ Youth Worker.
Permezz ta' dan is-servizz, iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jieħdu inizjattivi u jagħmlu proġetti biex itejbu l-ħiliet personali u soċjali tagħhom.
Dan hu t-tielet Youth Hub fil-pajjiż u nfetaħ fuq inizjattiva tal-istudenti stess tal-Junior College.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Chris Agius spjega li s-sit għandu jservi ta’ lok fejn iż-żgħażagħ jaqsmu ideat u ħsibijiet tagħhom għall-futur. 

Ritratt: DOI – Martin Attard