Jinfaqa’ jibki meta sar jaf li se jinżamm arrestat

Raġel ta’ 32 sena mill-Pietà nfaqa’ jibki fil-Qorti hekk kif sar jaf li se jinżamm arrestat. Ir-raġel kien akkużat fost oħrajn fuq vjolenza domestika kif ukoll li kiser ordni ta’ protezzjoni li kienet ħarġet il-Qorti biex ma jersaqx lejn is-sieħba tiegħu.

Ir-raġel allegatament hedded lill-eks sieħba tiegħu nhar it-Tnejn li għadda u injora l-ordnijiet tal-Qorti.

Fil-Qorti r-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bl-avukat difensur jitlob għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel kien diġà ngħata l-ħelsien mill-arrest meta kiser l-ordni ta’ Prosekuzzjoni.