Jindunaw li innoċenti wara 32 sena maqfula l-ħabs

Mary Virginia Jones, mara Amerikana ta’ 74 sena, inżammet maqfula l-ħabs għal dawn l-aħħar 32 sena għal każ ta’ qtil li qatt ma wettqet.
Il-mara kienet ġiet ikkundannata għall-ħabs fl-1981 b’akkużi li kienet kompliċi fil-qtil ta’ traffikant tad-droga.  Kien l-għarus tagħha ta’ dak iż-żmien, Mose Willis li qatel lit-traffikant.

Kienu l-istudenti tal-Liġi tal-Università ta’ Southern California li ddefendew fil-Qorti lil Mary u qalu li Willis kien hedded b’arma tan-nar lil Mary biex tieħu lill-vittma fl-isqaq fejn sar l-omiċidju.
L-imħallef William Ryan tal-Qorti Superjuri ta’ Los Angeles li annulla l-akkużi kollha kontriha u ordna li tinħeles minnufih.