Jindifnu omm u erba’ wliedha li nqatlu fil-Messiku

Read in English.

Omm u l-erbat itfal tagħha ġew midfuna lbieraħ wara li kienu fost il-vittmi tal-attakk brutali li seħħ fil-Messiku nhar it-Tnejn li għadda. Fost it-tfal kien hemm ukoll tewmin ta’ tmien xhur.

Mijiet attendew għall-funeral tal-bieraħ f’dak li kien it-tieni wieħed din il-ġimgħa ta’ vittmi tal-attakk li seħħ waqt ġlieda bejn ċrieki kriminali tad-droga. Apparti l-omm, Rhonita Miller ta’ 30 sena u l-erba’ wliedha, mietu wkoll tliet nisa u sitt itfal oħra li kienu rekbin fil-karozzi waqt li kienu għaddejjin fit-triq mill-għolja ta’ Sonora. Kien hemm ukol tmint ifal oħra li kienu hemm waqt li seħħ l-attakk iżda rnexxielhom isalvaw.

Mill-2007 iktar minn 250,000 Messikan inqatlu fejn f’ħafna mill-każi kienu vittmi relatati mad-droga b’għexieren ta’ eluf għadhom nieqsa. Din is-sena l-Messiku qed jaffaċċja rata għolja ta’ delitti fejn madwar 98% tal-każi għadhom mhux solvuti.