Jidfnu bil-moħbi lill-aħwa Kouachi

Aġġornata
Ħuh Cherif indifen ukoll f'qabar mhux immarkat taħt sigurta' stretta f’belt qrib Pariġi. 
Aktar kmieni
Wieħed mit-terroristi li wettaq l-attakk f’Pariġi fuq ir-rivista Charlie Hebdo indifen f’qabar mingħajr ma mmarkaw ismu.
Said Kouachi indifen bil-moħbi tard il-Ġimgħa filgħaxija f’Reims fi Franza, fejn kien jgħix qabel l-attakk.
Is-sindku tal-post qal li għall-ewwel ma ridx li jindifen hemm bil-biża li l-qabar tiegħu jsir niċċa, iżda ma setax imur kontra l-liġi Franċiża li persuna tindifen fil-post fejn kienet tgħix.
Il-ġimgħa l-oħra, kelliema qrib il-kunsilli lokali taż-żoni fejn kienu jgħixu l-aħwa qalu li qed jibżgħu li l-oqbra tagħhom jispiċċaw jattiraw lejhom militanti estremisti oħra, u li għalhekk ma riedux li jindifnu f'żona fil-qrib.