Ritratti: Jindarbu waqt dawra bil-muturi

Erba’ persuni sfaw imweġġa’ wara ħabta bejn tliet muturi tal-istess tip f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tliet sewwieqa u passiġġiera l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Tnejn mis-sewwieqa, jiġifieri raġel ta’ 36 sena residenti ż-Żurrieq u raġel Taljan ta’ 57 sena, ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li sewwieq ieħor ta’ 36 sena residenti Pembroke u l-passiġġiera tiegħu, mara ta’ 21 sena residenti Wied il-Għajn, weġġgħu ħafif.
Sadanittant, iktar kmieni lbieraħ, mara oħra kienet involuta f'inċident tat-traffiku b'mutur f'San Pawl il-Baħar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.