Jindarbu gravi wara argument fil-Gżira

Miguela Xuereb

Read in English.

Żewġt irġiel indarbu wara li kienu involuti f’argument fil-Gżira.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fl-10.30pm fi Triq Sir Frederick C. Ponsonby, fejn żewġt irġiel Libjani ta’ 31 u 34 sena, residenti l-Gżira, ndarbu wara li kienu involuti f’argument ma’ raġel ieħor li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ sar magħruf li l-irġiel sfaw aggrediti b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei fejn ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.