Jindarab ħafif wara ħabta bejn 2 vetturi

Sewwieq ta’ karrozza weġġà wara ħabta f’ Ħ’Attard.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt. mill-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Vjal l-Istadium Nazzjonali dalgħodu għal ħabta tal-5am.

Il-ħabta seħħet bejn karrozza misjuqa minn raġel ta’ 23 sena minn Ħ’Attard stess u vettura misjuqa minn 56 sena mill-Imtarfa.

Ir-raġel ta’ 56 sena indarab ħafif.