Jindarab gravi wara li spiċċa aggredit f’Bormla

Photo: Archives

Raġel spiċċa ndarab gravi wara li kien aggredit f’Bormla.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla. Il-Pulizija qalet li r-raġel Ingliż ta’ 58 sena residenti Bormla, kien qiegħed fuq bankina meta waqfet karozza ħdejh. Minna niżel raġel u allegatament aggredieh.

L-allegat aggressur reġa’ riekeb fil-vettura u ħarab minn fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-aggressur waqt li għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.