Read in English.
Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor f’ Ħal Qormi.
Skont il-Pulizija, raġel ta’ 38 sena mill-Pieta’ allegatament ġie mbuttat bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fil-ħġieġ tat-tieqa tal-istabbiliment.
Il-Pulizija tad-distrett marru minnufih fuq il-post fejn seħħ l-argument, bir-raġel ittieħed iċ-ċentru tas-Saħħa f’Ħal Qormi għall-kura. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-aggressur, raġel ta’ 41 sena u residenti Hal Qormi, telaq minn fuq il-post imma iktar tard dan instab mill-Pulizija u qiegħed jinżamm għall-iktar stħarriġ.