Jindarab gravi wara ġlieda f’Għawdex

Read in English.

Raġel indarab gravi wara li kien involut fi ġlieda ma’ raġel ieħor f’Marsalforn, Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ f’11.50pm fi Triq il-Port. Jidher li l-argument seħħ bejn raġel barrani ta’ 39 sena resident Ħaż-Żabbar u raġel ta’ 28 sena residenti r-Rabat, Għawdex. Il-barrani ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.

Intant, ir-raġel ta’ 28 sena baqa’ jinżamm arrestat mill-Pulizija. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.