Jindarab gravi f’argument f’San Ġwann

CMRU

Read in English.

Raġel indarab gravi wara li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor f’San Ġwann.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fis-1.30am f’residenza fi Triq San Mikiel.

Ir-raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’emerġenza wara li nstab mimli bid-demm kawża ta’ daqqa’ ta’ oġġett bil-ponta. Jidher li raġel Libjan ta’ 34 sena residenti San Ġwann kien dak li weġġa’ lill-vittma.

L-aggressur radd ruħu b’idejħ lill-Pulizija waqt li kienet qed issir ħidma biex dan jinstab.