Jindarab għawwiem f’San Ġiljan

Raġel indarab waqt li kien qed jgħum f’San Ġiljan.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li r-raġel ta’ nazzjonalità barranija weġġa’ għall-ħabta tas-2.30pm waqt li kien qiegħed fejn il-baħar. Huwa sofra xi ġrieħi wara li ħabat rasu waqt li kien qed jaqbeż fil-baħar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Ritratt: Arkivji