Jinbiegħu bl-irħis oġġetti maqbuda mid-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana se jbigħ b’offerta affarijiet tad-dar, prodotti tas-sbuħija, biċċiet tal-karozzi, ġugarelli, prodotti elettroniċi, ħwejjeġ, żraben u żewġ vetturi, li qabad f’dawn l-aħħar xhur.

Dan il-bejgħ se jsir il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar f’12pm, iżda min jixtieq jara x’hemm għall-bejgħ minn qabel, jista’ jagħmel hekk minn nhar it-Tnejn 14 ta’ Jannar sa jum il-bejgħ. L-affarijiet se jkunu għall-wiri fi Newport Bonded Stores fil-Marsa.

Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u 12pm u 12.30pm u t-3.30pm.