Jinbidlu xi atturi ta’ Sorelle

Sorelle 2021

Minn għada t-Tnejn 4 ta’ Jannar fuq TVM se tkompli tixxandar is-sensiela Sorelle. F’dawn l-episodji l-ġodda se naraw bdil fl-atturi. Dan minħabba f’ċirkostanzi li nqalgħu fl-aħħar xhur li wassal biex isir dan it-tibdil.

Fil-karattru ta’ Maxine se nkunu qed naraw lil Claire Marie Busuttil li fl-2011 kienet irrappreżentat lil Malta fil-konkors ta’ Miss World. Lil Claire Marie konna narawha wkoll fis-sensiela Vigilante.

Wiċċ ieħor ġdid fis-sensiela Sorelle se jkun dak ta’ Samuel Mercieca, magħruf għal bosta partijiet f’sensiliet bħal Ħbieb u Għedewwa, F’Ġieħ L-Imħabba u F’Salib It-Toroq. Hu se jkun qed jinterpreta l-karattru ta’ l-Assistent Kummissarju Vince, parti li s’issa kienet interpretata minn Andrè Penza.

Minħabba ċirkostanzi li nqalgħu, mill-episodji ta' għada t-Tnejn 4 ta' Jannar mis-sensiela Sorelle, il-karattri ta'…

Posted by Sorelle – Drama Series on Sunday, January 3, 2021

Sorelle, b’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, għandha produzzjoni ta’ Rewind u tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM. Issir repetizzjoni dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am. Is-Sibt, imbagħad, jixxandru l-episodju kollha ta’ amtul il-ġimgħa mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.