Jinbidlu r-regoli dwar is-safar u l-għoti tad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ħabbar li kien hemm tibdil relatat mas-safar. Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm spjega li dawk kollha li siefru b’mod partikolari f’pajjiżi Ewropej u pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran, m’hemmx għalfejn jistennew erba’ ġimgħat biex ikunu jistgħu jagħtu d-demm. Id-donatur madankollu huwa obbligat li jgħid il-post u ż-żmien ta’ meta kien imsiefer.

Kull min jixtieq jagħti d-demm jista’ jagħmel dan:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li l-Ħadd 29 ta’ Settembru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun fi Pjazza Medajtriċi, maġenb il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li l-Ħadd 29 ta’ Settembru se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.