Jinbidlu n-numri ta’ xi bibien

Il-bibien ta’ Triq is-Sgħajtar Mosta u Triq is-Sgħajtar Naxxar se jingħataw numri uffiċjali ġodda. Ir-residenti huma mitluba jneħħu n-numri l-qodma u jwaħħlu n-numri l-ġodda sas-17 ta’ Settembru.

Dan l-avviż ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta’ Settembru, 2018, u jidher ukoll fuq is-sit tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt).