Jinbidlu l-ħinijiet tal-Uffiċċju Żwiġijiet fil-Kurja

Il-Kurja tal-Arċisqof qed tavża li minn għada t-3 ta’ Ottubru, l-Uffiċċju Żwiġijiet fil-Kurja l-Furjana se jkun miftuħ f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

It‑Tnejn, it‑Tlieta, l‑Erbgħa, il‑Ġimgħa u s‑Sibt bejn it‑8am u l-11.30am. L‑Erbgħa bejn it‑3pm u s-6pm ukoll.

Dawn il‑ġranet u ħinijiet japplikaw sal‑15 ta’ Ġunju 2019.