Jinbidlu l-frieket u s-skieken għall-istaff ta’ Mater Dei; daqshekk plastik

L-Isptar Mater Dei fuq Facebook ħabbar li mill-1 ta’ Frar se jkun qed iwaqqaf l-użu tal-pożati tal-plastik għall-istaff. Din l-inizjattiva parti mill-kampanja biex jiġi eliminat l-użu tal-plastik singlu. Sal-2021 l-oġġetti ta’ użu singlu se jiġu pprojbiti mis-suq Ewropew wara li dan l-abbozz ġie approvat mill-Kumitat dwar l-ambjent u s-saħħa pubblika.

Platti, pożati u cotton buds: 70% tal-plastik fil-baħar

Fuq Facebook huma spjegaw li permezz ta’ din l-inizjattiva se jkunu qed jeliminaw madwar żewġ miljun biċċa plastik kull sena. Huma appellaw lill-pubbliku biex jgħinuhom f’din l-inizjattiva u ħeġġew lin-nies li jkunu qed jippjanaw li jidħlu l-isptar jew ikun hemm xi qraba jew ħbieb biex iġibu magħhom sett pożati personali u għalhekk ikunu qed ikomplu jnaqqsu mill-użu tal-plastik. Huma spjegaw li minkejja din l-inizjattiva pażjenti li ma jkollhomx pożati se jkunu qed jiġu offruti sett tal-plastik.

#breakfreefromplasticWe want to share some good news. As from the 1st of February we as a hospital will stop usage of…

Posted by Mater Dei Hospital on Friday, January 25, 2019