​Jinbidlu iktar numri ta’ bibien

Tliet toroq fl-Isla se jinbidlulhom in-numru.
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali avżat lir-residenti, li n-numri l-ġodda jridu jitwaħħlu sa għaxart ijiem mis-6 ta’ Ottubru.
Ir-residenzi affettwati huma dawk fi Triq il-Miġja tal-Papa, Triq il-Vittmi tal-Gwerra u Triq iż-Żewġ Mini.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda, kif ukoll fuq is-sit tal-Kummissjoni Elettorali, taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.