Jinbidlu iktar numri ta’ bibien f’San Ġiljan

F’San Ġiljan se jinbidlu iktar numri ta’ bibien.
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali avżat li dawk fi Triq Dun Ġużepp Xerri se jingħataw numri ġodda. 
Il-pubbliku mistieden jara l-avviż li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 t’Ottubru, inkella jidħol fis-sit tal-Kummissjoni Elettorali.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem minn din id-data.