Jinbidlu iktar numri ta’ bibien

Fil-Mellieħa u f’Ħad-Dingli se jinbidlu xi numri ta’ bibien.
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali avżat li dawk fi Triq San Ġorġ, Triq San Ġużepp u Misraħ tas-Salib fil-Mellieħa, kif ukoll fid-Daħla tas-Sienja u fi Triq San Pawl tal-Pitkali f’Ħad-Dingli, se jingħataw numri ġodda.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Ottubru, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali. 
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem minn din id-data.