Jinbidel l-ikel fuq titjiriet Air Malta

Daħlet fis-seħħ il-bidla fl-ikel fuq it-titjiriet tal-Air Malta.
Minn dan ix-xahar, dawk kollha li jivvjaġġaw fil-klassi economy, fuq it-titjiriet kollha tal-Air Malta, se jingħataw baguette u nofs litru ilma, kif kienet ħabbret il-linja tal-ajru ftit ġimgħat ilu.  
Kull min ikun irid iktar x’jixrob jew x’jiekol ikun jista’ jixtri minn għażla, inkluż ikel sħun, abbord l-ajruplan għal ħlas nominali.
Dawk li jivvjaġġaw fil-klassi business se jgawdu minn menu aħjar matul it-titjira.
Din il-bidla mistennija tiffranka lill-Air Malta €4 miljun fis-sena. 
Ritratt: Facebook