Ma jridx jinbaħ… tgħid jigdem?

Tħalli l-iskart goff li trid tarmi wara l-bieb, biex jiġu jiġbruh tal-Bulk Refuse.
Tajjeb li tħallilhom nota, għax jistgħu ma jindunawx xi jridu jiġbru. Forsi jeħdulek il-bieb ta' barra pereżempju…
Jekk tiktbilhom Bark Rifuse għandhom jifhmu dak li trid tgħid. Jew forsi t-twin tub bdiet tinbaħ u tefgħuha ‘l barra għax storbjuża wisq?
Forsi tal-Bulk Refuse jkun jibża’ mill-klieb, u malajr jaħseb li se joħroġ xi wieħed għalih!
Il-Malti jivvintahom. Dan hu l-istess wieħed tas-sangwiċċ, tax-xikapsowver, tal-ispartinplakk u tal-ispakxin.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi ħaġa kurjuża, u li forsi anki tnissel tbissima lil oħrajn, ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt.