Jimtela post Joe Attard fil-Kunsill taż-Żejtun

Il-kunsilliera Dorcas Camilleri se tieħu post il-kunsillier taż-Żejtun Joseph Attard, li miet aktar kmieni dax-xahar.
Attard kien ilu sindku taż-Żejtun mill-1996, u kien ġie elett kunsillier fl-1994, sena wara li bdew il-Kunsilli Lokali.
Camilleri ġiet eletta f’elezzjoni każwali li saret illum.