Jimlew żaqqhom u jħammġu l-Belt fin-Notte Bianca

Ilbieraħ, aktar minn 80,000 persuna attendew l-avveniment ta' Notte Bianca fil-Belt Valletta.
Madanakollu, minkejja id-diversi wirjiet tal-arti, kunċerti ta' mużika u diversi attrazzjonijiet oħra, wieħed ma setax ma jinnotax li għal darb'oħra avveniment bħal dan jiġi mtappan mill-ħmieġ li jħallu warajhom ċertu persuni. 
Newsbook.com.mt irċieva ritratti minn għand persuni li marru n-Notte Bianca u li nnuttaw il-ħmieġ li ċerti persuni ħallew warajhom wara li mlew żaqqhom. 
Ritratt fuq: info@newsbook.com.mt