Jiltaqa’ l-Grupp Parlamentari Laburista

Il-grupp Parlamentari l-ġdid tal-Partit Laburista ltaqa’ għall-ewwel darba fil-kwartieri ġenerali tal-PL iktar kmieni wara nofsinhar.

Din il-laqgħa kienet immexxija mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mil-Viċi Prim Ministru Louis Grech. Dr Muscat spjega kif se jiġi magħżul il-kabinett, madanakollu naqas milli jsemmi xi deputati partikolari.

Intant, is-Segretarji Permanenti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġew mitluba jirriżenjaw. Din it-talba waslet minn Godwin Grima, b’istruzzjonijiet ta’ Mario Cutajar. Dan tal-aħħar sar Segretarju Permanenti Prinċipali l-bieraħ filgħaxija.

Is-segretarji permanenti jiġu magħżula mill-Prim Ministru kull tliet snin.