Jiltaqa’ għall-ewwel darba l-bord tal-Bank Malti għall-Iżvilupp

Il-Bank Malti għall-Iżvilupp, imwaqqaf riċentament, kellu l-ewwel laqgħa tiegħu biex issa jibda jopera b’mod uffiċjali bħala l-uniku bank tax-xorta tiegħu f’Malta.
L-għan tal-bank huwa li jwieġeb għal ħtiġijiet finanzjarji ta’ proġetti ta’ żvilupp li jsibu diffikultà biex jissellfu mill-banek kummerċjali.
Il-kapital tal-Bank Malti għall-Iżvilupp huwa ta’ €30 miljun, filwaqt li l-kapital azzjonarju (share capital) huwa ta’ €200 miljun.
Il-bord hu magħmuh minn Josef Bonnici bħala Ċermen u Paul Abela, Rose Azzopardi, Robert Borg, Paul Cardona, Godfrey Grima u Anthony Valvo bħala Diretturi. Il-Kap Eżekuttiv huwa Rene Saliba.
ll-Bord li se jkun qed jissorvelja l-operat tal-bank se jkun magħmul miċ-Ċermen John Cassar White u Oliver Bonelli (Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali), Alfred Camilleri (Segretarju Permanenti, MFIN), Chris Cilia u Marianne Scicluna (DC, MFSA) bħala Diretturi.
Għall-ewwel laqgħa kien hemm preżenti l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

Ritratt: MFIN