Aġġornata: Busuttil lest li jiltaqa’ mal-Kunsill Amministrattiv tal-PN

Simon Busuttil qal fuq il-midja soċjali illi hu disponibbli għal kull mistoqsija li jista’ jkollu l-Kunsill Amministrattiv tal-PN, li għandu jiltaqa’ llum fis-7pm.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li l-laqgħa se ssir b’konnessjoni mat-talba li għamel il-Kap tal-Partit, Adrian Delia, biex Simon Busuttil jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari tal-PN. Mhux eskluż, qalu l-istess sorsi, illi jinbeda l-proċess biex isseħħ it-talba ta’ Delia.

Il-Kunsill Amministrattiv tal-PN huwa magħmul mill-ogħla karigi fil-PN u jinkludi wkoll lill-kapijiet tat-taqsimiet differenti.

It appears that Adrian Delia has called an urgent meeting of the PN Administrative Council at 7pm. Should the Council…

Posted by Simon Busuttil on Sunday, July 22, 2018