Jilqa’ r-rifjut mill-MEPA għal estensjoni fil-Port Ħieles

Il-Membru Parlamentari u Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta, Silvio Parnis, innota b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-MEPA – li rrifjutat li jkompli għaddej tħammil għal estensjoni f'Terminal 1 fil-Port Ħieles.
Skont Parnis, b’hekk ir-residenti fl-aħħar qed jaraw jintlaħaq bilanċ ġust bejn l-iżvilupp industrijali, l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.
Id-deputat Parlamentari qal li fl-aħħar sentejn, ir-residenti ta’ din in-naħa ta’ Malta raw l-għeluq tal-power station tal-Marsa u ż-żarmar tat-tankijiet tal-gass fil-Qajjenza. Fakkar li Gvern Nazzjonalista kien wiegħed €800,000 f’kumpens għall-Port Ħieles li qatt ma ngħataw.
Parnis qal li din in-naħa ta’ Malta qed tara wkoll “impenn bla preċedent” biex ikun attirat l-investiment. Irrefera għall-università Amerikana, il-park naturali nazzjonali, il-proġett tal-pjazza f’Raħal Ġdid, ir-riġenerazzjoni ta’ Wied Blandun u proġetti infrastrutturali oħra.
Dan kollu, spjega Silvio Parnis, iwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja.