Jilmħu ħuta kbira; l-AFM iwaqqfu t-tfittxija għaż-żagħżugħ nieqes

ħelikopter ħuta kbira AFM bugħaddas nieqes

Il-bugħaddasa tal-Forzi Armati ta’ Malta ttellgħu mill-baħar waqt it-tfittxija għall-għaddas żagħżugħ rappurtat nieqes dalgħodu għal raġunijiet ta’ sigurtà meta l-ħelikopter tal-AFM lemaħ “ħuta kbira.”

Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet lil Newsbook.com.mt li l-ħelikopter qiegħed jispezzjona l-akkwati bħalissa, biex jaċċerta li huma siguri. Il-bugħaddasa għandhom jerġgħu jinżlu fil-baħar fis-1.30pm biex ikomplu bit-tfittxija.

L-għaddas, identifikat bħala żagħżugħ ta’ 20 sena minn Raħal Ġdid, ġie rappurtat nieqes ilbieraħ wara li kien qed jogħdos ma’ ħabib tiegħu fl-akkwati ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, iżda baqa’ ma telax.