“Jilmentaw imma…”

Koppja li ħarġet teżerċita ftit ruħha mat-triq biswit ir-runway tal-ajruport ġibdet dawn ir-ritratti ta’ għadd ta’ ċiklisti għaddejjin mit-triq prinċipali.
Din il-koppja staqsiet għalfejn iċ-ċiklisti ma użawx is-cycle lane wiesa’ li hemm fl-istess triq. Ikunu ħafna dawk iċ-ċiklisti li bir-raġun kollu jilmentaw li ma għandhomx cycle lanes biżżejjed fi gżiritna.