Jilmenta li mhux il-Kunsilli kollha jużaw il-fond ta’ €500,000

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo lmenta li wħud biss mill-Kunsilli Lokali qed jużaw il-fond ta’ €500,000 kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea biex jimplimentaw ċertu inizjattivi.
Waqt workshop dwar il-proġett Linking the Lines tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid, Buontempo saħaq li l-Gvern qed jagħti l-għodda meħtieġa lill-Kunsilli Lokali.
Żied jgħid li fix-xhur li ġejjin, il-Gvern se jaħdem biex il-wifi hotspots jiġu rduppjati fl-irħula u fl-ibliet, se jtejjeb il-latrini pubbliċi u se jsir xogħol ta’ riġenerazzjoni fi pjazez differenti.