Jikser siequ biex jevita l-arrest tal-Pulizija

Fil-Qorti, il-Libjan Munis Mohammed Ali Gammudi qal li mhux ħati li kellu l-Kannabis u li kien qed iqassam id-droga daqs 100 metru minn post iffrekwentat mit-tfal.
Huwa ċaħad ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u li kien fis-sakra f’post pubbliku.
Gammudi deher fl-awla tal-Qorti fuq siġġu tar-roti wara li kiser siequ biex jaħrab l-arrest.
Huwa ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €600 u garanzija personali ta’ €5,000.