
Sfaxxa l-waqfien mill-ġlied li kien innegozjat mir-Russja u t-Turkija bejn iż-żewġ avversarji ewlenin fil-Libja – il-forzi taħt il-kmand ta’ Khalifa Haftar u l-Gvern ta’ għaqda nazzjonali Libjan bażat fi Tripli.
L-aħbar ingħatat minn Aguila Saleh, l-Ispeaker tal-Parlament ibbażat f’Tobruk u li hu alleat ma’ Haftar.
Fil-bidu tal-ġimgha kien hemm tama ta’ żblokk fil-kunflitt Libjan hekk kif f’Moska fetħet konferenza ta’ paċi imma minn hawn Haftar telaq mingħajr ma ffirma ebda ftehim.
Il-forzi ta’ Haftar ilhom ix-xhur imexxu offensiva biex jieħdu l-kontroll ta’ Tripli imma bi ftit success. Fl-istess ħin ftit ġranet ilu fil-Libja bdew jaslu truppi Torok biex jappoġġjaw il-forzi tal-Gvern Libjan fi Tripli u fid-dikjarazzjoni li għamel Saleh minn fuq it-televiżjoni Al-Ghad, qal li l-preżenza tat-truppi Torok kienet fixklet bil-kbir l-offensiva fuq Tripli.