Jikkraxxja ajruplan fl-Iran

Aktar minn 40 persuna tilfu ħajjithom meta ajruplan ikkraxxja qrib l-ajruport fil-kapitali Iranjana, Tehran.
Jirriżulta li l-ajruplan waqa' fl-istess ajruport ta’ Mehrabad ftit wara li kien għadu kemm ħalla l-art għall-ħabta tal-4:50am.
It-titjira 5915 mil-linja tal-ajru Sepahan kienet għadha kemm ħalliet Tehran lejn Tabas.
Abbord l-ajruplan kien hemm 48 persuna li jinkludu tlettitfal ta’ taħt is-sentejn u tlieta oħra ta’ taħt it-12-il sena. Minbarra ż-żewġ piloti, kien hemm ukoll abbord sitt membri tal-ekwipaġġ.
Fl-Iran seħħew sensiela ta’ inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ manutenzjoni kif suppost.
Aktar minn 200 inċident kienu jinvolvu ajruplani Iranjani tul dawn l-aħħar 25 sena u fihom tilfu ħajjithom aktar minn 2,000 persuna.