Jikkontesta għax il-Qorti qed tgħid li mhux ħaj

Il-Qorti tar-Rumanija ddikjarat li raġel ta’ 63 sena huwa mejjet, minkejja li kien preżenti biex jixhed fil-każ li fetaħ biex juri li huwa fil-fatt ħaj.
Ir-raġel, Constantin Reliu, talab lill-Qorti biex tikkanċella ċertifikat tal-mewt li kienet kisbet il-mara tiegħu wara li qatta’ għaxar snin fit-Turkija. Il-Qorti qaltlu li kien tard wisq biex dan isir u li se jkollu jibqa’ ttimbrat bħala xi ħadd mejjet.
F’kummenti mal-midja lokali, Reliu qal li uffiċjalment, huwa mejjet minkejja li għadu ħaj. Qal li l-anqas jista’ jaħdem peress li huwa rreġistrat bħala bniedem mejjet.
Reliu qal li jaħseb li martu akkwistat iċ-ċertifikat tal-mewt tiegħu biex tkun tista’ terġa’ tiżżewweġ.