Jikkonfoffa kontra ħuh

Ritratt: Uffiċju stampa: Mediaset

Is-sensiela Torka DayDreamer li bdiet tixxandar fuq Canale 5 il-ġimgħa l-oħra, tkompli tixxandar matul il-ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-2.45pm. Dan hu dak li se jiġri ġurnata b’ġurnata.

It-Tnejn 15 ta’ Ġunju

Emre jikkonfoffa kontra ħuh Can u jisserva b’Sanem li ma tindunax xi jkun qiegħed jiġri. Emre hu determinat li jaħtaf taħt idejh kampanja pubbliċitarja li Can ikun qed jaħdem fuqha.

It-Tlieta 16 ta’ Ġunju

Emre u Aylin jirnexxielhom jilħqu l-għan tagħhom biex jieħdu f’idejhom il-kampanja pubbliċitarja li Can ikun qed jaspira li jieħu.

L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju

Il-proġett ta’ Aylin u Emre jiġi mwarrab.

Il-Ħamis 18 ta’ Ġunju

Waqt festin fid-dar ta’ Can u Emre, Sanem tispiċċa biex taqa’ fil-pixxina. Nihat u Mevkibe jiddeċiedu li jbiegħu n-negozju tagħhom. Emre u Aylin ikomplu jikkonfoffaw kontra Can, u din id-darba jżeffnu fin-nofs lill-mudella Arzu Tas.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju

Sanem hi determinat li tagħmel dak li qalilha Emre, u tipprova twaqqaf lil Can milli jiltaqa’ mal-mudella Arzu biex iżżomm mal-ftehim ta’ xogħol li kien hemm bejniethom.