Jikkonferma li l-inawgurazzjoni tal-flyovers ġiet tiswa €40,000

Infrastructure Malta

Read in English.

L-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers tal-proġett tal-Marsa ġiet tiswa €40,000.

Din iċ-ċifra kienet ikkonfermata mill-Ministru Ian Borg wara mistoqsija parlamentari mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina dwar kemm ġiet tiswa din l-inawgurazzjoni li saret nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru.

Fir-risposta tiegħu l-Ministru għat-Trasport spjega li l-ispiża kienet imqassma hekk: Formac Malta Ltd – €35,497, Formac Ltd – €1,915 u Elia Caterers – €2,650.04. Dawn l-ispejjeż ikopru servizzi relatati ma’ billboard, ikel u xorb, armar, l-apparat awdjoviżwali, dawl, kameras u apparat ieħor.