Read in English.
Tliet kuluri ta’ nbid, aħmar, abjad u rosè se jkunu ġġudikati f’kompetizzjoni tal-inbid fiż-Żejtun. L-attività se ssir nhar il-Ħamis 5 ta’ Lulju u hija organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun.
L-inbid se jkun qed jiġi ġġudikat minn ġurija esperta fuq iċ-ċarezza, il-kulur, ir-riħa u l-palat.
L-ewwel tliet għassara minn kull kategorija se jingħataw trofew wara proċess trasparenti, fejn l-ebda ġurija ma tkun taf min hu l-għassar u l-parteċipanti jkollhom l-opportunità jsegwu dak li jkun għaddej.
Din il-kompetizzjoni hija parti minn Lejla għall-Eroj, li hija serata mużikoletterarja mżewqa b’għana, kant, żfin u mużika.