Jikkommemoraw l-għarqa traġika tas-sena l-oħra b’mixja mill-Belt sal-Addolorata

Għadd ta’ persuni dalgħodu kkommemoraw l-għarqa traġika tas-sena l-oħra li fiha mietu 850 persuna fl-ibħra Maltin.
Il-kommemorazzjoni saret permezz ta’ mixja mill-Belt taċ-Ċimiterju tal-Addolorata. In-nies li attendew kellhom fjuri u xemgħat biex juru sinjal ta’ rispett għal dawk li mietu f’din l-għarqa.
Filwaqt li appella lill-awtoritajiet biex iwaħħlu sinjal fuq l-oqbra tal-vittmi, l-organizzaturi appellaw lin-nies preżenti biex jagħtu donazzjoni biex tkun tista’ titwaħħal plakka kommemorattiva fuq l-oqbra tal-vittmi.
Fit-18 ta’ April 2015, dgħajsa li kienet telqet mil-Libja nqalbet f’baħar imqalleb.
Kienu biss 27 persuna li salvaw f'din it-traġedja. 850 persuna għerqu u sparixxew f’qiegħ il-baħar Mediterran. Iżda madwar 24 katavru ttellgħu u nġiebu Malta.
Dawn ma ġewx identifikati u ġew midfuna malajr f’qabar komuni u li fuqu m’hemm ebda sinjal.